+ Intricci - Season 2


Żewġ familji sinjuri, il-familja Caruana u l-familja Camilleri, imppikati bejniethom minħabba n-negozju. Il-lussu, regħba, korruzzjoni, infedeltà u l-ġlieda għall-poter twassalhom għal kollox. Żewġ familji jitkissru u joħolqu bejniethom żewġ blokki kontra xulxin, mhux biss fin-negozju iżda fuq kull livell. Fuq naħa nsibu lil Xandru u Diandra Caruana, koppja miżżewġa flimkien ma’ uliedhom Mario, Karm, Maxi u Rakela, bint addottata. Fuq in-naħa l-oħra hemm Donny u Jennie Camilleri u wliedhom Gabriel u John. Donny u Xandru huma kuġini iżda ma jarawx għajn għal għajn. It-tnejn żviluppaturi, involuti fin-negozju tal-propjetà.

L-imgħoddi u l-konsegwenzi jilgħabu parti kbira f’dan il-kunflitt. Il-pika bejn iż-żewġ kuġini flimkien ma’ qrabthom ilha għaddejja żmien u qatt ħadd ma staħa juża kull mezz biex ikisser lil ta’ kontrihom... u l-pika ġġib aktar pika... u l-kompetizzjoni fin-negozju ssir battalja bla tarf li fiha jidħlu anki intriċċi familjari, sesswali u tal-poter. U la ż-żewġ gruppi jiġu minn xulxin, aktar jafu l-qoħob ta’ xulxin u aktar lesti jagħmlu ħsara lill-oħrajn.

Bħala sinjuri, hemm min anki jiddiletta fl-irkib taż-żwiemel. Se naraw min għandu korsa u allura matul is-serje se naraw ukoll xeni spettakolari ta’ dan it-tip ta’ sport, kif ukoll fl-istalel.
Products Name
Qty
Price[€]
Intricci - Season 2
30.00

Product Details
  • Producer: Hermann Bonaci Productions
  • Starring: Hermann Bonaci, Frida Cauchi, Rachel Micallef, Ray Abdilla, Simon Curmi, Joe Gatt, Maryiln Custo & Much More
  • Genre: Soap Opera
  • No. of episodes: 13
  • Duration: 45 minutes each episode
  • No. of Discs: 4 DVDs
  • Price Per Set / 4 DVD's - 13 Episodes: € 30.00
Shopping Cart
Items in cart: 0
Total amount: € 0.00